Karatteristiċi speċjali

    • Approċċ ta’ żvilupp sostenibbli, żvilupp ta’ sistema ta’ ġestjoni speċjali tal-kwalità u tal-impatt fuq is-soċjetà.
    • Il-prodotti kollha huma ttestjati u evalwati mill-partijiet interessati kompetenti, kemm bħala komponenti separati kif ukoll bħala għodda ta’ ħidma kompluta.
    • Kontribut sostanzjali għall-iżvilupp ta’ politiki nazzjonali u tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni għall-adulti.
    • Prijoritajiet multilaterali tal-proġett:
      • L-istabbiliment ta’ korsijiet ta’ taħriġ in-service għall-persunal tal-edukazzjoni lill-adulti.
      • Il-qsim tal-esperjenza u l-prattika tajba u l-istabbiliment ta’ riżultati konkreti u riżultati adatti għat-tixrid tal-informazzjoni (metodi, għodda, materjal, korsijiet). Ix-xogħol ta’ żvilupp tagħna huwa bbażat fuq ir-riċerka li diġà saret. Il-bilbljoteka virtwali hija bbażata fuq il-materjal disponibbli permezz ta’ inizjattivi LLP u hija kkunsidrata bħala vitrina tal-prattika tajba.
      • Kontroll tal-kwalità tat-tagħlim lill-adulti, inkluż l-iżvilupp professjonali tal-persunal li jaħdem fuq il-kompetenzi u l-iżvolġiment tal-karrieri tal-għalliema, dawk li jħarrġu u persunal ieħor.
      • It-titjib tal-kontenut u l-provvediment tal-edukazzjoni lill-adulti permezz tal-produzzjoni, testjar, valutazzjoni komparattiva/tixrid tal-kurrikuli innovattivi, metodoloġiji u moduli għall-istudenti adulti.
      • It-titjib tal-ġestjoni tal-edukazzjoni lill-adulti, miżuri għall-iżvilupp tad-dimensjoni tat-tagħlim tal-organizzazzjonijiet li mhumiex primarjament ikkonċernati mill-edukazzjoni tal-adulti.