Kwalità (WP 6)

Dan il-pakkett tax-xogħol għandu l-għan li jikkombina b’mod innovattiv ir-responsabbiltà soċjali (SR) u l-prinċipji u l-għodda ta’ kwalità u li jintegrahom fl-attivitajiet tal-ġestjoni tal-proġett matul il-proġett kollu tal-EisAlp, sabiex jitqawwa kemm jista’ jkun il-kontribut tal-proġett lis-soċjetà u jiġi ggarantit li r-riżultati tal-proġett jaslu fil-ħin, ikunu rilevanti u fattibbli, jilħqu l-għanijiet stabbiliti u jikkontribbwixxu għas-sostenibbiltà tal-proġett.

ATTIVITAJIET

6.1 Żvilupp tal-kwalità u l-politiki ta’ SR li ser jinkludu għanijiet, għodda ta’ implimentazzjoni u tims responsabbli. Il-politika tal-kwalità ser tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ rilevanza, fattibbiltà u effiċjenza, filwaqt li l-politika ta’ SR ser tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-involviment tal-partijiet interessati, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, it-trasparenza u l-imġiba etika.

6.2 Żvilupp tad-dashboards ta’ kwalità u SR fuq il-bażi ta’ OVI (Objectively Verifiable Indicators; Indikaturi Verifikabbli Oġġettivament) għar-riżultati ġenerali tal-proġett (definizzjoni tal-kwalità, kwantità u skadenzi għal kull riżultat) u għall-miżuri ewlenin ta’ SR li ser jinftiehmu u jiġu adottati mit-tims tal-proġetti għal kull WP ibbażat fuq sett ta’ indikaturi SR diġà żviluppati mir-REPER21 abbażi tal-GRI u l-ISO 260000. L-istrumenti ta’ kwalità ser jiġu deċiżi wkoll mal-evalwatur estern li ser isaħħaħ l-isforzi tat-tim bl-awditorija tiegħu sabiex ir-riżultati jkunu mill-aqwa.

6.3 Monitoraġġ regolari tar-rispett tal-kwalità u l-SR OVI. L-għodda ewlenin użati għall-fażi ta’ monitoraġġ huma ż-żjarat in situ u l-kwestjonarji. Il-fażi ta’ monitoraġġ ser tippermetti li jiġu żviluppati u implimentati miżuri korrettivi bbażati fuq id-diskrepanzi bejn il-politiki ta’ kwalità u SR. Id-dashboards u l-implimentazzjoni diretta ser iġibu titjib kostanti tal-iżviluppi tal-proġett u s-sostenibbiltà.

6.4 Valutazzjoni tas-suċċess tal-proġett f’termini ta’ kwalità u SR fuq il-bażi tal-kriterji tal-PCM tal-effiċjenza, l-effettività, l-impatt, ir-rilevanza u s-sostenibbiltà. Il-valutazzjoni finali tal-kwalità ser tkun ippreċeduta minn rapport finali ta’ valutazzjoni tal-kwalità li ser jinkludi sezzjoni speċifika tar-responsabbiltà lejn is-soċjetà li jiddeskrivi l-miżuri ta’ SR applikati.

WP 6 jindirizza lit-tim tal-proġett direttament imma wkoll lill-gruppi destinatarji indirettament, speċjalment permezz tal-komponent ta’ kwalità. Sabiex dawn ikunu involuti, kwestjonarji speċifiċi ta’ sodisfazzjon ser jiġu żviluppati u applikati u r-riżultati tagħhom ser jirrappreżentaw kontribut ta’ valur għall-politika ta’ kwalità. Barra min hekk, sezzjoni speċifika fuq il-website tal-proġett ser tħeġġeġ feedback permanenti mill-benefiċjarji tal-proġett.

RIŻULTAT

•    Fuljett Gwida għal Proġett Sostenibbli  download pdf