Responsabbiltà Soċjali

Responsabbiltà Soċjali

EIS ALP huwa wieħed mill-proġetti innovattivi li rċevew għotja fl-2013. Hemm ħafna raaġunijiet għal dan, iżda wieħed mill-ikbar suċċessi huwa l-integrazzjoni tar-responsabbiltà soċjali (SR) u l-prinċipji u l-għodda tal-kwalità u li dawn jiġu integrati b’mod trażversali fl-attiviatjiet tal-ġestjoni tal-proġett.

Kif ġietna din l-idea? Mill-2010 is-CPIP huwa msieħeb fin-netwerk SOCIETAL ta’ REPER21, netwerk li ppromwova l-introduzzjoni tal-indikaturi tar-responsabbiltà soċjali fl-organizzazzjonijiet mhux governattivi. B’dan il-proġett ippjanajna li mmorru pass ’il quddiem u nintegraw dawn l-indikaturi fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-ġestjoni tal-proġett, inizjattiva li hija ġdida fi ħdan il-proġetti ffinanzjati mill-UE.

X’irridu niksbu b’din l-idea?

  1. Inqawwu kemm jista’ jkun il-kontribut tal-proġett lis-soċjetà:
    • soċjali (kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, is-saħħa u s-sigurtà, ir-rispett għall-ħajja privata, id-djalogu interkulturali, l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem). Hawnhekk id-djalogu interkulturali tagħna se jaqdi rwol kbir, billi aħna 11-il imsieħeb istituzzjonali minn 5 Stati Membri tal-UE u għandna diversità kbira.
    • ekonomiku (sostenibbiltà, rabta tajba bejn l-ispejjeż u l-effiċjenza, stabbiltà tal-postijiet tax-xogħol, impatt fuq il-komunità lokali, promozzjoni tas-CSR, ekonomija ambjentali u solidali),
    • ambjentali (reduce-reuse-recycle, protezzjoni tal-biodiversità u l-ekosistemi, xiri responsabbli, promozzjoni tal-prinċipji ta’ Rio) u
    • governanza (komunikazzjoni etika, involviment tal-partijiet interessati fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett, trasparenza, responsabbiltà, koordinazzjoni ma’ proġetti simili, lobbying u promozzjoni). Parti kbira mill-proġett tagħna huwa kożviluppat bl-involviment dirett tal-partijiet interessati. Huma jaqdu rwol essenzjali, billi nemmnu li huwa biss permezz tal-involviment dirett tagħhom li l-prodotti tagħna se jkunu użati tajjeb u żviluppati kif jixraq. Għandna wkoll rabta qawwija ma’ ħafna inizjattivi Ewropej żviluppati fuq is-suġġett tagħna; billi nemmnu li għandna bżonn nibnu fuq l-iżviluppi mwettqa mill-imsieħba tagħna, b’aċċess għall-iżviluppi kollha magħmula bil-fondi pubbliċi.
  2. Niggarantixxu li r-riżultati tal-proġett jaslu fil-ħin, ikunu rilevanti u fattibbli, jilħqu l-għanijiet ppjanati u jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà tal-proġett. Għax jimpurtana mill-fondi pubbliċi, mill-mod kif jintefqu u mir-riżultati li jipproduċu. U rridu naraw jekk u kif dawn jistgħu jittejbu.

Kif se nwettqu dan kollu?

  1. Żvilupp tal-politiki ta’ kwalità u SR li jinkludu għanijiet, għodda ta’ implimentazzjoni u tims responsabbli. Il-politika ta’ kwalità ser tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ rilevanza, fattibbiltà u effiċjenza filwaqt li l-politika ta’ SR ser tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-involviment tal-partijiet interessati, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, it-trasparenza u l-imġiba etika. Tista’ tniżżel il-politiki ta’ responsabbiltà soċjali tal-EIS ALP fil-forma ta’ fuljett li huwa Gwida għal Proġett Sostenibbli.
  2. Żvilupp tad-dashboards ta’ kwalità u SR ibbażati fuq OVI (Objectively Verifiable Indicators; Indikaturi Oġġettivament Verifikabbli) għar-riżultati ġenerali tal-proġett (definizzjoni tal-kwalità, kwantità u skadenza għal kull riżultat) u għall-miżuri ewlenin tal-SR li ser jiġu miftiehma u adotatti mit-tims tal-proġetti għal kull WP ibbażat fuq sett ta’ indikaturi SR li diġà ġew żviluppati mir-REPER21 abbażi tal-GRI u l-ISO 260000. L-għodda tal-kwalità ser jiġu miftiehma bis-sħiħ mal-evalwatur estern li bl-awditorija tiegħu se jsaħħaħ l-isforzi tat-tim għal riżultati mill-aqwa.
  3. Monitoraġġ regolari tal-kwalità tal-SR OVI. L-għodda prinċipali użati għall-fażi ta’ monitorġġ huma żjarat regolari in situ u kwestjonarji. Il-fażi ta’ monitoraġġ ser tippermetti li jiġu żviluppati u applikati miżuri korrettivi bbażati fuq id-diskrepanzi bejn il-kwalità u l-politiki u dashboards ta’ SR u r-realtajiet ta’ implimentazzjoni li ser jappoġġjaw titjib kostanti tal-iżviluppi u s-sostenibbiltà tal-proġett.
  4. Valutazzjoni tas-suċċess tal-proġett f’termini ta’ kwalità u SR abbażi tal-kriterji PCM tal-effiċjenza, l-effettività, l-impatt, ir-rilevanza u s-sostenibbiltà. Il-valutazzjoni finali tal-kwalità tal-proġett ser tkun ippreċeduta minn rapport ta’ valutazzjoni tal-kwalità finali li se jinkludi sezzjoni speċifika ta’ responsabbiltà soċjali li tiddeskrivi l-miżuri ta’ SR applikati.