Żvilupp Tal-Assistent Tat-Taħriġ Introduttiv (WP3)

Dan il-pakkett tax-xogħol huwa kkoordinat mill-imsieħeb Sloven EUROCOOP – Istitut għar-Riċerka u l-Iżvilupp fl-Ewropa, fuq perjodu ta’ ħdax-il xahar.

ATTIVITAJIET

3.1    Żvilupp ta’ purtal onlajn għall-professjonisti tat-tagħlim lill-adulti mfassal biex: 

  • jgħin fl-awtoevalwazzjoni tal-kompetenzi, bi qbil mal-profil tal-professjonisti tat-tagħlim lill-adulti fis-sistema tal-ġustizzja kriminali korrettiva;
  • jipprovdi soluzzjoni ta’ tagħlim (u programm ta’ taħriġ introduttiv fejn meħtieġ) ibbażata fuq l-evalwazzjoni u l-materjali ta’ appoġġ żviluppati fi ħdan il-proġett (WP 4) u barra minnu (moduli ta’ taħriġ u materjali minn proġetti oħra);
  • jipprovdi għodda ta’ ppjanar tal-iżvilupp personali li tassisti lill-professjonisti tat-tagħlim lill-adulti (u maniġers tal-ħabsijiet fejn applikabbli) biex jippjanaw u jevalwaw il-progress.

3.2 Validazzjoni tal-Induction Assistant (verżjoni EN) fis-sistema tal-ġustizzja kriminali korrettiva tal-imsieħeb ikkonċernat. Fejn neċessarju, bit-traduzzjoni tal-materjal lejn il-lingwa tal-imsieħba u fejn possibbli bl-involviment tal-livell nazzjonali.

3.2 Superviżjoni tal-progress permezz tal-website u adattament tal-għodda fejn hemm bżonn. Ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati lill-EUROCOOP għall-analiżi, bħala bażi għar-rapport li jsir iktar tard.

AVVENIMENTI EWLENIN

Mejju 2014 – Laqgħa dwar il-proġett fis-Slovenja
Novembru 2014 – Workshops ta’ Validazzjoni Nazzjonali

RIŻULTAT

L-għodda onlajn tal-Assistent Ewropew tat-Taħriġ Introduttiv (European Induction Assistant)

The web based tool in its self, without the contents and functions developed in the WP 4 and 5, was developed by the WP leader, after intense cooperation and communication with the partners. Choosing the most appropriate IT solution was not a simple journey, it was a learning experience for all.

Here you can download a documentation base, in English describing the requierements, functionalities and key points of the chosen solution, that will later carry modules, evaluation and learning paths for our teachers.