Ġestjoni (WP1)

ATTIVITAJIET

1.1    Żvilupp ta’ metodoloġija ta’ ġestjoni tal-proġetti, bi protokoll u linji gwida għar-rappurtar intern u estern, kalendarju tal-implimentazzjoni u ġestjoni finanzjarja.

a. Attenzjoni speċjali ser tingħata biex jintlaħqu l-partijiet interessati f’livell nazzjonali u Ewropew. Fi ħdan dawn l-istrutturi ser ninvolvu, f’kull pajjiż imsieħeb, mill-inqas 10 professjonisti tat-tagħlim lill-adulti u 3 partijiet interessati istituzzjonali mis-sistema tal-ġustizzja kriminali korrettiva.

b. Il-pakkett tax-xogħol tal-ġestjoni (Management WP) ser isir b’kooperazzjoni mill-qrib mal-pakkett tax-xogħol tal-kwalità (Quality WP) li minnu se jiddependi. Il-miżuri, punti ta’ riferiment u standards kollha ta’ responsabbiltà soċjali stabbiliti mit-tim tal-kwalità ser jiġu implimentati permezz ta’ azzjonijiet ta’ ġestjoni.

ċ. Ir-rapport tal-evalwatur estern ser jiġi integrat ukoll fid-deċiżjonijiet tal-ġestjoni.

d. Għandu jiġi integrat ukoll awditur estern fl-istruttura tal-proġett.

1.2    Żvilupp ta’ struttura tal-proġetti, netwerks nazzjonali u gruppi ta’ ħidma.
Gruppi ta’ ħidma:

  • “Kumitat  Konsultattiv tal-Proġett”
  • “Żvilupp u ttestjar”
  • “Promozzjoni”

1.3    Stabbiliment ta’ netwerk ta’ komunikazzjoni effettiv ġewwa (intranet) u barra (website) mis-sħubija tal-proġett, manteniment u żvilupp tiegħu.

1.4    Żvilupp ta’ identità viżwali tal-proġett u disinn tal-materjal kollu li jinħareġ.

1.5    Stabbiliment tal-Ftehim tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (Ftehim IPR). Il-biċċa l-kbira tar-riżultati tal-proġett ser jużaw liċenzja left-right tal-Creative Commons li tippermetti użu jew żvilupp b’xejn, sakemm jissemma s-sors. Is-sħubija għandha tiddeċiedi liema riżultati ser jibqgħu fil-proprjetà tagħha għal użu ulterjuri.

RIŻULTATI

  • Manwal tal-Metodoloġija tal-Implimentazzjoni – Implementation Strategy Report (ISR);
  • Website multilingwi tal-Eis-Alp.

L-imsieħba kollha huma involuti f’dan il-pakkett tax-xogħol u ser jagħtu kontribut validu għal 24 xahar. Din il-ħidma bdiet b’laqgħa dwar il-proġett f’Bukarest (Novembru 2013).