Komunikazzjoni (WP 7)

Għan 1: Titjib tal-għarfien fil-ħabs, fl-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ, fl-aġenziji li jaħdmu fil-qasam tal-edukazzjoni tad-detenuti, fost il-pari u fil-komunità wiesgħa.

L-attivitajiet ta’ tixrid tal-informazzjoni ser jindirizzaw lil dawn il-gruppi partikolari permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni affidabbli. L-istrateġiji individwali ta’ tixrid tal-informazzjoni għal kull imsieħeb ser jiġu żviluppati minn konsulent tal-marketing abbażi ta’ qafas ta’ miżuri li ser iservi ta’ strateġija globali għall-proġett.

L-attivitajiet ta’ tixrid tal-informazzjoni ser jinkludu:

  • Website ta’ kwalità għall-proġett
  • Fuljett ta’ informazzjoni ġenerali dwar il-proġett bil-lingwi kollha tal-imsieħba
  • Bażi tad-data tal-kuntatti ewlenin minn kull pajjiż imsieħeb għal emails ta’ informazzjoni regolari
  • Newsletter aġġornata għall-website
  • Artikli għal pubblikazzjonijiet u ġurnali rilevanti
  • Materjal dwar il-proġett għall-istands ta’ eżibizzjoni f’konferenzi u eżibizzjonijiet
  • Parteċipazzjoni f’konferenzi rilevanti
  • Konferenza ta’ Ġurnata Internazzjonali Open-space fejn il-promoturi u l-utenti tal-proġett (eżistenti u potenzjali) jiġu f’kuntatt, jiddiskutu l-esperjenzi u l-prodotti tal-proġett u l-bżonnijiet eżistenti ta’ mobbiltà. Dawn il-konferenzi se jservu ta’ vitrina għal EisAlp. Nemmu li l-open space huwa l-iktar metodu adatt għax jagħti l-flessibbiltà meħtieġa biex jiġu identifikati l-interessi reali u l-bżonnijiet ta’ taħriġ tal-utenti b’rabta mal-prodotti eżistenti.

Għan 2: Provvediment ta’ pjattaforma sostenibbli għall-prodott u l-iżvilupp futur tiegħu. 

L-attivitajiet ta’ tixrid tal-informazzjoni ser jiffukaw fuq parteċipanti li diġà jaħdmu fil-qasam tat-tagħlim fil-ħabs imma wkoll fuq parteċipanti li jistgħu jkunu f’kuntatt ma’ dan il-grupp marġinalizzat, jew parteċipanti li se jiġu f’kuntatt magħhom (bħall-iskejjel vokazzjonali tal-komunitajiet) u m’għandhomx preparazzjoni speċjali għal dan.

TUL: 24 xahar

AVVENIMENTI EWLENIN
Settembru 2015 – Laqgħa tal-proġett fir-Rumanija
– Konferenza ta’ ġurnata open space għat-tixrid tal-informazzjoni (ir-Rumanija)

RIŻULTATI

•    Pakkett ta’ Komunikazzjoni EisAlp
•    Konferenza Open Space EisAlp

EISALP Conference – The portrait of a prison educator – 24/02/2016 Timisoara. For a photo galery and the footage of the event please click here

For the conference program & details please click here

OUTPUTS

•    EisAlp Dissemination Package
•    EisAlp Open Space Conference